Futbol Sport

Fgura United jirrapurtaw raġel li qed ibiegħ biljetti f’isem il-klabb

Il-klabb ta’ Fgura United qed jappella biex ħadd ma jixtri biljetti ta’ lotterija li jorganizza l-klabb mingħand persuna bl-isem ta’ Joe miż-Żurrieq.

Il-President tal-klabb Lawrence Bugeja qal li dan il-persuna mhux awtorizzat mill-klabb u qed ibiegħ dawn il-biljetti fl-inħawi tal-Fgura. Fuq wara tal-biljetti dan ir-raġel qed jikteb ismu: “JOE”.

Bugeja appella lil min jiltaqa’ mar-raġel biex jieħu ritratt tiegħu ħalli dan jingħadda bħala prova lill-Pulizija. Dwar dan il-każ diġa’ sar rapport lill-Pulizija.