Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat f’għalqa b’daqqa ta’ karozza

Mara ta’ 41 sena tinsab f’qagħda kritika wara inċident ikrah tat-traffiku. Il-każ seħħ fil-bypass ta’ Birkirkara fis-1:30am.

Fil-ħin tal-inċident, il-mara kienet ipparkjata fil-vettura tagħha meta għal xi raġuni żagħżugħ ta’ 21 sena tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u baqa’ dieħel fil-vettura tal-mara. Id-daqqa tal-karozza tant kienet qawwija li l-mara spiċċat f’għalqa li hemm fil-ġenb tat-triq.

Hi ingħatat l-ewwel għajnuna minn team mediku li wasal b’ambulanza. Il-mara tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke qed tmexxi inkjesta dwar dan l-inċident.