Il-Festa ta’ San Patrizju, festa li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mil-bidu tas-seklu 20, speċjalment fl-inħawi ta’ Balzunetta fejn fl-inħawi kien hemm stazzjonati suldati Irlandiżi.
Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u minn hemm bdiet it-tradizzjoni li jsejħu lill-Furjaniżi bħala tal-Irish.
Din is-sena se terġa’ tiġi organizzata, attivita’ oħra fejn għat 3 sena konsekkutiva l-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-Floriana Ajax Sports Club se jiċċelebraw din il-Festa bl-isem ta’ ‘Saint Patricks’ Sunday’ nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu. Tul din l-attivita’ se jkun hemm spettaklu għal kulħadd, minnn tradizzjonijiet Maltin ghal artisti Irlandiżi.
Se jieħdu sehem ukoll Red Electrick fejn għal din is-sena se tkun l-ewwel attivita’ li se jagħmlu kunċert fiha u se jkunu qed jintroduċu kanzunetti ġodda mill-album il-ġdid tagħhom.
L-organizzaturi se jipprovaw iwaqqfu rekord nazzjonali fejn se jkun hemm l-aktar ammont ta nies li jgħidu cheers lil xulxin. Waqt din l-attivita’ kull min irrid se jkun jista’ jbiddel il-birra kwalunkwe tiegħu għal kulur ahdar, mingħajr ma tinbidel it-toma tagħha.
L-organizzaturi jħeġġu lil poplu Malti biex jattendi u jqatta’ l-ġurnata fil-Floriana fejn il-pjaċir mhux se jonqos ovvjament f’din il-festa ta’ briju u birra. Agħfas fuq din il-link t’hawnhekk għal aktar informazzjoni.
//= $special ?>