Lokali

Filmat: Tliet persuni l-isptar wara ħabta head-on

Tliet persuni qed jingħataw kura fl-Isptar Mater Dei wara ħabta head-on bejn vettura Kia Mentor u station wagon.

L-inċident seħħ il-Ħadd, għall-ħabta tal-5 ta’ wara nofsinhar fil-bypass ta’ Birguma.

Fil-Mentor kien hemm koppja anzjana minn San Ġwann, raġel ta’ 77 sena u martu ta’ 74 sena, waqt li l-istation wagon kienet qed tinstaq minn mara ta’ 68 sena min-Naxxar.

Huma ġew assistiti minn sewwieqa oħra li nzertaw għaddejjin mill-post sakemm wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei permezz ta’ żewġ ambulanzi.

Fortunatament it-tliet persuni sofrew biss ġrieħi ħfief imma ngħataw ukoll kura minħabba l-qatgħa li kellhom.

Il-bypass ingħalqet għal xi ħin.

Filmat: Raniero Borg