Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 9 ta’ Marzu.
IN-NAZZJON fil-faċċata jippubblika ritratt tal-Kunsill Ġenerali tal-PN li sar ilbieraħ, fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sostna “qedgħin f’maratona u se naslu”. L-istess ġurnal ifakkarna li illum hu t-tieni anniversarju ta’ Juseph Muscat bħala Prim Ministru – anniversarju li suppost kellu jkun immarkat bl-inawgurazzjoni tal-powerstation il-ġdida.
THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta kif Joseph Muscat, fid-diskors li għamel il-Ħadd, baqa’ assulutament sieket dwar il-każ tal-flus li kellu fl-Iżvizzera Ninu Zammit.
THE TIMES OF MALTA bi storja dwar skema tal-Awtorita’ tad-Djar li hija mifnija bil-burokrazija.
L-ORIZZONT jgħid li Wied Għollieqa fil-Kappara jinsab qrib sfreġju.
//= $special ?>