L-awtoritajiet aċċettaw u daħħlu fis-seħħ proposta mwiegħda mill-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU, għall-introduzzjoni ta’ ħames minuti li matulhom l-istudenti tal-Università u l-Junior College jkunu jistgħu jaqraw il-mistoqsijiet fl-eżamijiet rispettivi.
Dan ifisser li issa l-istudenti żdidilhom perjodu ta’ ħames minuti li matulu jaqraw dak li jkollhom fil-karta tal-eżami u jifhmu sew dak li jridu jirrispondu, mingħajr għaġġla biex ma jitilfux ħin mill-eżami.
Matul dan il-perjodu l-istudenti ma jistgħux jiktbu jew jieħdu noti. Din l-inizjattiva ġdida ddaħħlet b’mod immedjat.
Intant iktar kmieni mal-ġurnata l-KSU ħabbar ukoll proġett ġdid ta’ Bicycle Rack fejn l-istudenti u dawk kollha li jagħmlu użu minn rota fiż-żona tal-Università ta’ Malta u l-Isptar Mater Dei jistgħu jorbtu r-roti tagħhom.
Dawn il-faċilitajiet ġodda twaħħlu barra l-Fakultà tal-Health Science u l-Iskola Medika fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>