Lokali

Il-Kunsill Ġenerali

Il-bieraħ kellna Kunsill ġenerali straordinarju fejn ġiet imnedija l-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-11 t’April. Kien Kunsill b’setup differenti fejn il-kelliema kienu f’nofs is-sala mdawwrin mill-kandidati tal-kunsilli, deputati, uffiċċjali tal-partit u l-kunsulliera. Għoġobni ħafna dan is-setup għax meta għamilt d-diskors tiegħi ħassejtni aktar viċin ta’ dawk li qed jisimgħuni.

Il-Kunsill kellu wkoll forma differenti minħabba li d-diskorsi kollha għajr dak tal-Kap tal-Partit saru mill-kandidati tal- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Kien hemm taħlita ta’ diskorsi imma kollha diskorsi meqjusa u tajbin. Laqgħtuni id-diskorsi li saru minn tlett persuni partikulari. Wieħed li ilu jimilita fil-partit u li wara li ftit snin ilu kellu inċident tat-traffiku li ħallih kwazi mejjet, issa tfaċċalu kanċer u ser ikun operat nhar il-ġimgha. Għamel diskors imqanqal imma mimli kuraġġ. Kellna persuna transgender li sabet postha fil-partit bħala kandidat u kellna wkoll kandidat li sal-aħħar elezzjoni ivvota lil-PL.

Richard Sammut
Matul id-diskors tiegħi introduċejt fil-partit lil Richard Sammut, ex-attivist laburist li sa ftit ġimgħat ilu kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-kumitat laburista ta’ Hal Kirkop. Richard ma ġiex magħna għax għandu x’jakkwista. Ġie magħna ghax kellu l-kuraġġ jgħid lil Muscat li bih ma jidħaqx izjed.

Richard huwa wieħed mill-ftit li qed jitkellmu fl-appert . Hemm eluf oħra li fil-kwiet ta’ darhom qed jgħidu l-istess ħaġa.