Is-super-grupp Norveġiż, A-ha, li tant kiseb fama fit-tmeninijiet u l-bidu tas-snin disgħin, se jieħu sehem f’kunċert, fil-belt Brażiljana ta’ Rio de Janeiro, biex jiċċelebra t-30 anniversarju mindu ddebutta fix-xena.
Il-kunċert, jew festival, bit-tema ‘Rock in Rio’ se jsir f’Settembru u l-famuż trio – Morten Harket (kantant); Magne Furuholmen (keyboards) u Paul Waaktaar-Savoy (kitarra) – se jingħaqdu mill-ġdid biex jissieħbu mal-attrazzjonijiet prinċipali (‘headline acts’) waqt l-avveniment.
Il-grupp A-ha u l-avveniment ‘Rock in Rio’ it-tnejn kienu ddebuttaw fix-xena fl-1985 u din is-sena jaħbat it-30 anniversarju tagħhom
L-ewwel darba li Harket u sħabu ħadu sehem f’dan il-festival kien fl-1991 u kienu daqqew quddiem 198,000 fans fis-stadium tal-Maracana leġġendarju. Dak iż-żmien kien twaqqaf ukoll rekord dinji għall-ammont ta’ biljetti mibjugħin għal kunċert mużikali, bil-festival tal-1991 jinkludi ismijiet kbar oħra bħall-INXS (ta’ Michael Hutchence), Prince, George Michael u n-New Kids on the Block.
//= $special ?>