Lokali

Joseph Muscat u Konrad Mizzi għandhom ħafna xi jwieġbu – PN

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma l-indħil dirett mill-Ministru Konrad Mizzi fix-xiri taż-żejt mill-kumpanija tal-Ażerbajġan SOCAR.

 

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li għal darb’oħra, t-tieni darba f’ġimgħatejn, l-Awditur Ġenerali jikkundanna l-mod kif il-Gvern mexxa bi flus il-poplu Malti u Għawdxi. Fl-ewwel skandlu, l-Gvern ħallas is-somma ta’ €4.2 miljun lill-kumpanija falluta, u issa, l-Gvern tilef €14-il miljun bi ftehim li sar b’indħil mill-Ministru.

 

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi għandhom ħafna xi jwieġbu. Dan huwa skandlu li jinten ħafna, u l-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna t-tweġibiet.

 

Il-poplu jrid ikun jaf għaliex il-Ministru Konrad Mizzi indaħal personalment fix-xiri taż-żejt, u jekk dan sarx bil-barka tal-Prim Ministru.