Ir-Reġina Eliżabetta II akkumpanjata mid-Duka ta’ Edinburgh, se tkun qed iżżur Malta biex tattendi għal-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM) li se ssir f’pajjiżna bejn is-27 u 29 ta’ Novembru.
Il-Prinċep Charles, akkumpanjat mid-Dukessa ta’ Cornwall, se jkunu qed jattendu wkoll għaċ-CHOGM.
Fi stqarrija ta’ żewġ linji, il-Gvern qal li d-dettalji dwar iż-żjara tar-Reġina u l-attendenza tal-Altezzi Irjali Tagħhom għac-CHOGM jitħabbru ’l quddiem.
//= $special ?>