Lokali Parlament Saħħa

Ma tingħatax informazzjoni dwar il-ħin ta’ stennija fl-emerġenza f’Mater Dei

It-tmexxija tal-Isptar Mater Dei f’dawn ix-xhur li fihom fl-Isptar hu karatterizzat minn numru kbir ta’ sodod fil-kuriduri, il-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija Konrad Mizzi ma tax informazzjoni fil-Parlament dwar xkien il-ħin medju ta’ stennija fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u lanqas dwar kemm ġew rilaxxati pazjenti li kellhom jerġgħu jiddaħħlu fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministru Konrad Mizzi, li kien qed iwieġeb mistoqisjiet parlamentari bil-miktub tax-Shadow Minister Claudette Buttigieg, qal biss li l-informazzjon għadha qed tinġabar.

Ix-Shadow Minister staqsiet ukoll kif din l-istatistika li kellu jiġbor il-Ministru Konrad Mizzi, li ma kienx preżenti fil-Parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, titqabbel ma’ snin oħra. Mistoqsija wkoll li baqgħet mhix imwieġba bl-informazzjoni tibqa’ ma tingħatax u tibqa’ tinħeba.