Raġel ta’ 45 sena sofra ġrieħi serji wara li ttajjar minn karozza. L-inċident seħħ f’Tas-Sliema għall-ħabta tat-7:40am.
Ir-raġel, li hu mill-Belt, intlaqat minn karozza Hyundai fi Triq it-Torri. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel Libjan ta’ 41 sena.
Il-Pulizija qed tinvestiga, filwaqt li l-vittma għadu l-isptar fejn qed jingħata l-kura.
//= $special ?>