Raġel mill-Kosta tal-Ivorju ġie mixli b’pusses ta’ eroina f’ċirkostanzi li juru li din ma kienitx għal użu personali tiegħu. Dan seħħ waqt spezzjoni għall-għarrieda li saret fejn iċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa. Mumen Traore Trabule ta’ 35 sena, inqabad b’kapsola ta’ sustanza kannella suspettata li hija eroina nhar is-Sibt wara nofs inhar.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Malcolm Bondin qal li l-Pulizija sabet din il-kapsola li kien fiha 20 gramma ta’ eroina u nstab ukoll ammont żgħir ta’ kannabis. Trabule ġie mixli wkoll li sare reċidiv u li kiser “probation order” fuq diversi każijiet, li kien iffaċċa f’Novembru li għadda.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras l-immigrant wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Huwa ngħata l-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €450 u garanzija personali ta’ €7,000.
Għalih deher l-Avukat Joe Mifsud.
//= $special ?>