Qorti

Sentenza sospiża għal Salesgirl ta’ Sterling Jewellers fuq serq ta’ ġojjelli

Mara ta’ 40 sena li taħdem mal-kumpanija Sterling Jewellers bħala salesgirl ingħatat sentenza sospiża wara li ammettiet b’kemm jiswew eluf ta’ ewro ta’ ġojjelli mill-post fejn taħdem. Hija ammettiet li wettqet dan is-serq mill-bidu tas-sena sa issa.

Jo Anne Camilleri minn San Ġwann, ammettiet li serqet l-oġġetti bejn Jannar u Marzu bil-Pulizija ssibfid-dar tagħha oġġedtti ta’ ġojjellerija fid-dar tagħha li jiswew madwar €3,500, li jinkludu ċrieket, imsielet, brazzuletti u ġiżirajjen. Fil-Qorti mill-provi ħareġ li l-każ spiċċa għand il-Pulizija wara li s-sidien u l-“Managers” ta’ Sterling Jewellers bdew jinnutaw li l-istock beda jonqos.

Wara li kkunsidrat l-ammissjoni tagħha, li kienet waħda bikrija, u l-fatt li rritornat l-oġġetti misruqa u li kellha kondotta nadifa, l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.  L-Ispetturi Carlos Cordina u Trevor Micallef mexxew il-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Victor Bugeja deher għal mara.