Qorti

Tingħata €3,700 f’danni wara li weġġgħet meta kienet fuq l-Arriva

 

Passiġġiera li kienet fuq l-Arriva kważi tliet snin ilu ngħatat €3,700 f’danni mill-Qorti wara li kien weġġgħet u sofriet minn diażbilita’ permanenti wara li kienet passiġġiera f’karozza tat-tip “Bendy Bus” li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li kien seħħ fl-Imsida.

Rita Galea kienet fetħet kawża fuq inċident li seħħ fi Frar tal-2012, liema kawża instemgħet fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili minn Anthony Ellul, li hija kienet fetħet kontra l-kumpanija Arriva Malta Limited u x-xufier Mario Bugeja. Mill-provi rriżulta li Bugeja, li kien impjegat tal-Arriva, żamm il-brejk b’ċerta qawwija, u Galea spiċċat ħabtet rasha ma’ ħadida u sofriet feriti permanenti f’moħħha.

L-Imħallef Ellul qal li Bugeja ibbrejka bżċerta saħħa, u l-mod kif seħħ l-impatt juri li x-xufier kien qed isuq bżċerta velożita’. Il-Qorti qalet ukoll li Bugeja ma kienx qed josserva sew dak li kiej qed jiġri madwaru.

Riżultati mediċi skoprew li t-tiċrita’ permanenti fuq moħħha ġabitilha ħamsa fil-mija ta’ diżabilita’ u li kien ix-xufier l-unika responsabbli għall-inċident u ordna lilu biex iħallas is-somma ta’ €3,700 lil Galea f’kumpens għad-danni li sofriet.