Internazzjonali

€230,000 fis-sena talli jimita lil Alan minn The Hangover

Thaddeus Kalinoski (lemin) kien manager ta’ fabbrika f’Philadelphia imma tilef xogħolu, issepara minn mal-mara u żied madwar 10 kilos f’piż wara li waqa’ f’dipressjoni.

Kien wara din l-isfortuna li skopra kemm jixbaħ lil Alan Garner (xellug), karattru ewlieni mill-film popolari The Hangover. Tant jixbah lil dan il-karattru li f’The Hangover III saħansitra ntagħżel bħala s-sostitut tal-attur li jinterpreta l-parti ta’ Alan, Zach Galiafinakis.

Hu sfrutta din l-opportunità ġdida u beda jidher f’diversi attivitajiet taparsi l-istilla ta’ dan il-film; jiżfen u jiddeverti f’parties għal ġranet sħaħ.

Ta’ dan ix-xogħol, Thaddeus qed jaqla’ kważi €1,000 għal kull attività għal total ta’ madwar €230,000 fis-sena.

Il-problema għal Thaddeus hi li mhux ippjanati iktar films ta’ The Hangover, waqt li Zach Galiafinakis naqas fil-piż u rqaq ħafna wara li waqaf jixrob l-alkoħol.