Frar li għadda kien ikkaratterizzat minn iktar ġranet ta’ xita, borra u riħ qawwi.
Dan ħareġ minn stqarrija maħruġa mill-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li f’rapport qalet li l-ammont ta’ xita fi Frar ta’ din is-sena huwa d-doppju tal-ammont medju fis-snin ta’ qabel, għal total ta’ 112 mm ta’ ilma.
Kien hemm medju ta’ 5 sigħat u nofs ta’ dawl tax-xemx f’kull jum ta’ Frar, li hu nqas mill-medja ta’ 6 sigħat u nofs li s-soltu jkun reġistrat.
It-temperatura medja kienet nofs grad celcius inqas minn dik tas-snin ta’ qabel, jiġifieri 12-il grad minflok 12.5 gradi celcius.
//= $special ?>