Għawdex Lokali

Għaddasa Ingliża tmut fid-Dwejra Għawdex

Ingliża ta’ 61 sena tilfet ħajjitha waqt li għall-ħabta ta’ 11.45am kienet qed togħdos fid-Dwejra, limiti ta’ San Lawrenz.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku marru fil-post, iżda l-mara kienet ikkonfermata mejta fil-post stess.

Il-Maġistrat tal-għassa kien infurmat bil-każ u fetaħ inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet biex tistabilixxi x’wassal għall-mewt tal-mara.

(Ritratt: mill-Arkivji)