Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 10 ta’ Marzu.

IN-NAZZJON jagħti prominenza lir-Rapport tal-Awditur Ġenerali li ħareġ ilbieraħ; rapport li jitkellem dwar l-indħil tal-Ministru Konrad Mizzi fix-xiri taż-żejt. Ir-rapport jiżvela diversi nuqqasijiet li saru fl-aħħar xhur meta nxtara żejt mill-Azerbajan, u jikkundanna b’mod qawwi lill-Gvern ta’ Muscat.

THE MALTA INDEPENDENT ukoll tagħti prominenza lil din l-istorja, fejn tispjega kif il-hedging żbaljat li sar mill-Gvern, is-sena li għaddiet sewa lill-pajjiż €6.2 miljuni. THE TIMES OF MALTA tgħid illi l-poplu għandu jingħata spjegazzjoni għaliex il-Ministru Konrad Mizzi indaħal personalment f’dan ix-xiri taż-żejt.

L-ORIZZONT jgħid illi l-Pulizija f’Malta waslitilha l-lista ta’ Swissleaks fejn hemm imniżżla kontijiet bankarji f’Ġinevra.