L-istess kumpanija tingħata kuntratt ieħor ta’ xogħol b’direct order
Il-Gvern ta kuntratt ta’ xogħol lil kumpanija b’direct order b’valur li laħħaq is-somma ta’ €27,331. Ix-xogħol kien b’rabta mal-avveniment li kien organizzat fir-residenza tal-Prim Ministru fil-Girgenti, u li ospita l-European Broadcasting Union f’Ġunju tal-2013.
Il-Ministru Carmelo Abela kkonferma fil-Parlament għal mistoqsija li għamel ix-Shadow Minister Jason Azzopardi, li l-kuntratt ta’ xogħol sar bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Fl-istess sena, l-istess kumpanija, Tec Limited, ingħatat kuntratt ieħor ta’ xogħol b’direct order biex ipprovdiet servizz waqt konferenza Ministerjali li saret fit-2 ta’ Diċembru tal-2013. Il-valur ta’ dan ix-xogħol kien ta’ €295.
//= $special ?>