Lokali Parlament

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jisfida lill-Ministru Joe Mizzi

Il-Kap tal-Opożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sfida lill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi, jirrepeti barra l-Parlament dak li qal dwaru llejla fil-Parlament biex ikun jista’ jippreżenta proċeduri ta’ libell.

Il-Ministru Joe Mizzi għamel diversi allegazzjonijiet fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil b’rabta ma’ xogħol professjonali f’kariga li kellu fil-kumpanija Attard Pteroleum Services Limited.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel din l-isfida immedjatament kif il-Ministru Joe Mizzi spiċċa jitkellem fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari fis-seduta tal-lejla.