Ir-Reġina ħerqana li żżur Malta f’Novembru li ġej
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca attendew għall-riċeviment mogħti mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma f’Marlborough House f’Londra.
Għal dan ir-riċeviment attendiet il-Majestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta t-Tieni u d-Duka ta’ Edinburgh, u l-Prinċep Karlu.
Waqt dan ir-riċeviment, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tkellmet għal ħin twil mal-President ta’ Malta dwar il-laqgħa taċ-CHOGM li se ssir f’Malta f’Novembru li ġej.
Ir-Reġina qalet li tinsab ħerqana għaż-żjara li se tagħmel f’Malta f’Novembru li ġej.
//= $special ?>