Miet l-eks Imħallef Maurice Caruana Curran fl-eta’ ta’ 97 sena.
Caruana Curran kien xpruna l-moviment ambjentali f’pajjiżna. L-eks Imħallef, li għal snin twal serva fil-Ġudikatura, kien ukoll sturmentali fit-twaqqif tal-organizzazjoni Din l-Art Ħelwa. Preżentament, Din l-Art Ħelwa hija mmexxija mit-tifla tiegħu, Simone Mizzi.
Maurice Caruana Curran twieled il-Belt Valletta fil-11 ta’ Ġunju tal-1918.
Fl-1993 Caruana Curran kien ingħata l-medalja tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.
//= $special ?>