Argument jaħraq fis-Sirens Stadium waqt il-partita tal-U19s bejn Swieqi United u St. George’s tant li r-referee telaq mill-ground mingħajr ma’ saffar tmiem il-logħba u kellhom jissejħu l-Pulizija.
Jirriżulta li r-referee l-ewwel keċċa plejer ta’ St. George’s u ftit tal-ħin wara lill-goalkeeper tal-istess tim. Kien hawn li nqala’ paniku bir-referee spiċċa mdawwar mill-plejers ta’ St. George’s.
Fil-grawnd bdew jintefgħu fliexken fost dagħa, kliem ħażin u offiżi waqt li partitarju ta’ Swieqi li kien qed jiffilmja dak kollu li kien qed jiġri spiċċa mdawwar u kellu jħassar il-filmat.
Il-partità kellha tiġi abbandunata fil-75 minuta minħabba invażjoni tal-grawnd u nuqqas ta’ sigurta’, bil-plejers jidħlu ġewwa u r-referee jitkellem mal-Pulizija biex ikun jista’ jsir rapport.
Swieqi United kienu qed jirbħu 4-0.
//= $special ?>

