Il-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi ma jikkommettix ruħu li l-powerstation titlesta sa Ġunju 2016.
Dan wara li l-Partit Laburista kien rebaħ l-elezzjoni ġenerali bl-għajta li se jibni powerstation f’sentejn, sa Marzu 2015.
Iktar tard, il-Ministru tal-Enerġija kien ħabbar li l-mira tal-Gvern se tkun dik li l-powerstation tinbena sa Ġunju 2016.
Biss, waqt intervista live fuq il-programm TimesTalk fuq l-istazzjon TVM, b’reazzjoni għall-mistoqsijiet tal-preżentaturi, il-Ministru naqas milli jintrabat li dan ix-xogħol filfatt se jkun lest skont il-wegħda riċenti tiegħu sa Ġunju 2016.
//= $special ?>