Lokali

Maltempata bis-silġ tolqot il-gżejjer Maltin

Maltempata kkaratterizzata minn xita, silġ u ragħad qawwi fl-aħħar minuti qed tolqot il-gżejjer Maltin.

Filfatt, kif jidher fir-ritratt, madwar Malta jidhru numru ta’ maltempati bir-ragħad li wħud minnhom jistgħu jolqtu lil Malta.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta t-temp għal għada mistenni jibqa’ ftit jew wisq imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati għall-ewwel, li jsir ftit imsaħħab.

Ir-riħ se jkun moderat mill-Majjistral waqt li l-baħar se jkun moderat għal qawwi li jsir qawwi.