Il-185 Kandidat f’isem li qed jikkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-11 ta’ April li ġej kienu ppreżentati f’konferenza tal-aħbarijiet, li fiha l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busutttil wera kif anke mill-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel id-differenza.
Flimkien mal-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista u s-Segretarju Ġenerali Chris Said, Simon Busuttil qal li mill-Oppożizzjoni l-Partit Nazzjonalista ta kontribut biex tinbidel l-iskema taċ-Ċittadinanza, biex isiru dawn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, biex ħarġet il-verità fil-każ tal-eks Ministru Manwel Mallia u biex roħsu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel … roħs li l-Partit Nazzjonalista għadu mhux kuntent għax il-konsumaturi Maltin għadhom qed iħallsu fost l-ogħla prezzijiet fl-Ewropa.
Bħala eżempju, il-Kap tal-Oppożizzjoni semma’ l-Kunsill Lokali tal-Mosta, li minn tmexxija Laburista għadda għal dik Nazzjonalista. Filwaqt li tħat tmexxija Laburista, kien jopera b’mod diżastruż, il-Kunsill tal-Mosta taħt tmexxija Nazzjonalista twettqu diversi proġetti, fosthom toroq, bankini, titjib ambjentali fil-widien u titjib f’ġonna.
Eżempju ieħor, iżda bil-maqlub, hu l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, fejn tmexxija Laburista falliet tant li anke s-Sindku u żewġ Kunsilliera Laburisti rriżenjaw. Dan filwaqt li nbidlet tliet Segretarji Eżekuttivi u ma sar l-ebda proġett għar-residenti. Nisimgħu silta mill-kumment tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali Chris Said, li qal li għal dawn l-elezzjonijiet il-Partit Nazzjonalista se jippreżenta 185 Kandidat, li 80 minnhom huma ġodda. 25 fil-mija tal-kandidati huma nisa u 40 fil-mija huma żgħażagħ. Bil-fatti, dan jikkonferma t-tiġdid li qed iwettaq il-Partit. Chris Said sostna li l-impenn tal-Partit Nazzjonalista hu li jkollu aktar nisa jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali.Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-Partit qed jibgħat messaġġ pożittiv bil-kandidatura tiegħu għax qed jippreżenta għażla serja lill-elettorat.
//= $special ?>