Lokali

Priġunier jhedded uffiċjal tal-ħabs għax sablu d-droga fil-warrani

Priġunier Sqalli li jaħdem mal-Kunsill Lokali tal-Imsida u li erbat ijiem ilu nstabulu numru ta’ pakketti tad-droga fil-warrani tiegħu, issa jrid jaffaċċja wkoll akkużi ta’ mossi oxxeni u theddid fil-konfront tal-uffiċjal tal-ħabs li nduna b’dan.

Jirriżulta li l-priġunier, hekk kif ra lill-uffiċjal li qabdu bid-droga, sar agressiv, beda jgħajjru u jpattihielu, indirizzah b’numru ta’ mossi oxxeni u pprovokah.

Il-priġunier kien qajjem suspett wara li daħal lura l-ħabs minn barra wara li deher eċitat, u beda jaġixxi b’mod suspettuż. Kien għalhekk li l-uffiċjali tal-ħabs għamlulu serje ta’ testijiet fejn instabu numru ta’ pakketti mimlija bi droga smack u synthetic.