Raġel ta’ 48 sena mill-Birgu ġie mixli quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja il-Qorti li kkommetta attentat vjolenti fuq il-pudur fuq tfajla, li fil-mument kienet vulnerabbli ta’ 19-il sena. Il-każ allegatament seħħ nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu, bl-akkużat jgħid li l-koppja kellhom relazzjoni flimkien.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati wkoll li żamm lit-tfajla kontra l-volontà tagħha u li ta fastidju ġewwa l-Isla, għall-ħabta tal-5.00 p.m. L-Avukat Joseph Ellis, li qed jidher għar-raġel, għamel talba għall-ħelsien mill-arrest fejn qal lir-raġel huwa preżunt innoċenti, filwaqt li l-Qorti tista timponi li l-imputat ma javviċinax lill-allegata vittma.
L-Avukat Ellis saħaq li l-klijent tiegħu qed jisħaq li kien hemm relazzjoni konsenswali. Minn naħa tiegħu l-Ispettur Josric Mifsud qal li huwa kien imħasseb li r-raġel jista’ javviċina lill-vittma għaliex hija vulnerabbli. Huwa saħaq li qiegħed isir eżami psikoloġiku fuq il- vittma, biex tiġi determinata l-vulnerabilità tagħha. Wara li qies dan kollu, il-Maġistrat Bugeja ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Maġistrat ordna li jkun hemm id-divjett tal-pubblikazzjoni tal-isem tal-vittma.
//= $special ?>