Residenti ta’ San Pawl il-Baħar urew il-frustrazzjoni tagħhom li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar baqa’ ma ħax azzjoni dwar żewġ klieb li spiss jidhru jduru barra fl-inħawi tax-Xemxija u l-madwar.
Is-sitwazzjoni baqgħet għaddejja minkejja dawn ir-rapporti u llum wasslet biex dawn l-klieb daħlu f’parapett ta’ residenza privata u biċċru qattusa.
Wara li sid il-qattusa ħareġ ir-ritratti ta’ dak li seħħ, ir-residenti esprimew it-tħassib tagħhom li dawn il-klieb jidhru bil-ġuħ u li issa jmiss lil xi tifel jew resident li jisfa’ vittmi.
Il-problema tal-klieb f’San Pawl il-Baħar u l-madwar ilha l-kawża ta’ frustrazzjoni għar-residenti, b’mod speċjali għall-ammont qawwi ta’ ħmieġ li qed jitħalla tul il-promenades.
//= $special ?>