Tifla ta’ 9 snin u nannitha ta’ 73 sena residenti l-Fgura kienu rikoverati l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtu minn vettura.
Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu fi Triq Hompesch, iż-żewġ persuni sofrew ġrieħi ħfief. It-tifla kienet qed tiġi akkumpanjata minn nannitha fi triqitha lejn l-iskola.
Persuni li tkellmu magħna esprimew il-frustrazzjoni tagħhom li meta tagħmel ix-xita, l-uffiċjal tal-Pulizija li soltu jkun qed jiggwida t-traffiku u jiżgura li l-istudenti jkunu siguri, dan jew ma jitfaċċax inkella jkun qed jistkenn x’imkien.
//= $special ?>