Lokali

Tnejn isofru daqqiet ta’ mus wara argument dwar €20

Żewġ barranin sofrew ġrieħi ta’ natura ħafifa u kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqtu minn daqqiet ta’ mus f’argument li żviluppa fil-bandli ta’ Ħaż-Żabbar.

Jirriżulta li l-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tat-15:30 u kollox beda fuq dejn ta’ €20.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li żewġ barranin residenti Ħaż-Żabbar marru l-bandli tal-istess lokalità biex jiġbru l-€20 mingħand raġel ieħor. Madankollu ma qablux fuq il-ħlas, inqala’ argument u kien hawn li wieħed minnhom ħareġ mus.

Wara taqtigħa bil-mus, wieħed mill-persuni ntlaqat f’wiċċu, filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi f’dahru u idu.