Żagħżugħ Libjan ta’ 30 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li kmieni dalgħodu qala’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta. Jirriżulta li l-każ seħħ fil-Marsa, għall-ħabta tas-1.30am meta ż-żagħżugħ kien ma’ persuna oħra.
Jirriżulta li l-każ żviluppa wara li persuni ta’ nazzjonalità barranija ħebbew għal-Libjan u ppruvaw jisirquh. Kien f’dan il-mument li l-Libjan qala’ d-daqqiet tal-arma li taqta’ u bil-ponta. Fil-post issejjaħ tim mediku, li wassal liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Hemm hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi u li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ. Il-Maġistrat tal-għassa kien infurmat bil-każ u apponta Inkjesta.
//= $special ?>