Is-sewwieqa qed ikunu avżati biex isuqu b’attenzjoni fi Triq il-Wied tal-Imsida, fl-Imsida hekk kif ix-xita tal-aħħar sigħat kompliet tikkawża ħsarat estensivi f’din it-triq traffikuża.
Fl-aħħar ħin filfatt xi ħadd iddeċieda li jpoġġi barrier tal-plastik biex javża lis-sewwieqa b’ħofra kbira ftit qabel l-għajn tal-ħasselin.
Imma dan mhux każ remot hekk kif fl-aħħar sigħat għand dan is-sit waslu ammont kbir ta’ ritratti ta’ ħofor minn madwar Malta u Għawdex.
Ħofra kbira oħra li tidher f’dan ir-ritratt tinsab fi Triq Pietru Pawl Castagna f’Birkirkara, maġenb il-grawnd tal-Infetti.
Ħsara kkawżata wkoll f’San Pawl il-Baħar u l-madwar. Għand dan is-sit waslu ritratti minn Triq il-Qalb ta’ Ġesu, f’Buġibba.
Minn naħa l-oħra dan ir-ritratt ittieħed quddiem l-Għassa tal-Qawra.
//= $special ?>