Il-kelliema għall-grupp SHout, Spring Hunting Out, Saviour Balzan u Moira Delia waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-MEPA tkellmu dwar id-deċiżjoni “indiċenti” meħuda mill-Kumitat Ornis għall-ftuħ tal-istaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa.
Saviour Balzan qal li din id-decizjoni ttieħdet minkejja li għaddejja kampanja dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa li se twassal għal Referendum. Raġuni oħra li Saviour Balzan ta għaliex din id-deċiżjoni hi indiċenti hu għax dak li ddeċieda l-Kumitat Ornis imur kontra evidenza xjentifika li turi kif l-istaġun tal-Kaċċa m’għandux jinfetaħ.
Min-naħa tagħha, Moira Delia qalet li r-Referendum hu proċess demokratiku fejn in-nies jistgħu jiddeċiedu dwar il-futur tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa f’Malta. Għalhekk, dak li għamel il-Kumitat Ornis imur kontra d-demokrazija meta qabdu u assumew x’se tkun id-deċiżjoni mill-votanti Maltin.
Bħala ġest simboliku, il-kelliema ta’ SHout sammru Avviż li jgħid “Notifikazzjoni għal Proposta Indiċenti” (stampa isfel).
//= $special ?>