Il-grupp tar-Rock Ġermaniż, Kraftklub, hu famuż għal kanzunetta bl-isem ‘Shots in the Air’ iżda issa qed jissemma għal xi ħaġa kompletament differenti wara li 8,000 ‘fans’ tal-mużika tiegħu tant qabżu bl-enerġija waqt kunċert li kkaġunaw ‘terremot żgħir’ fil-belt ta’ Leipzig.
Numru ta’ residenti ċemplu (waqt il-kunċert) lis-servizzi tal-emerġenza lokali biex jinfurmawhom dwar it-theżżiż – bit-terremot ‘tan-nies’ waqt il-kunċert tant ikun qawwi li ċarrat il-wall paper fid-djar ta’ distrett partikolari.
Għall-bidu, ir-residenti tal-lokalita ħasbu li kienu qed jiffaċċjaw terremot ta’ veru, iżda malajr saru jafu x’ġara u ladarba setgħu jindikaw l-‘epiċentru’ tiegħu.
Jidher li, sekondi qabel it-theżżiża, il-kantant ta’ Kraftklub, Felix Brummer, ikkonkluda l-ewwel kanzunetta tal-kunċert li kien qed isir ġo sala u għajjat biex l-udjenza tqum bil-wieqfa…Intant, it-8,000 persuna preżenti qamu immedjatament u qabżu fl-istess ħin mad-daqq tal-mużika; bil-‘panelling’ tal-art jitriegħed tant li kkaġuna l-‘pressure waves’ fl-ilma taħt l-art tas-sit fejn kien qed isir il-kunċert u li wasslu għat-terremot inkwistjoni.
//= $special ?>