Internazzjonali

Filmat: Ġurnalist jinsteraq minn persuni armati waqt xandira diretta

Ġurnalist ta’ Sky News li kien qed jipprepara biex jirraporta aħbar b’mod dirett mill-Afrika t’Isfel, spiċċa mdawwar minn numru ta’ ħallelin armati u nsteraq.

Sky News kienu qed jirrapurtaw l-aħbar li l-President ġdid taż-Żambja, Edgar Lungu, iddaħħal fi sptar f’Johannesburg. Imma minflok l-aħbar, dehru dawn il-ħallelin li daru lil Vuyo Mvoko u ħadulu xi flus mill-but.

Mvoko kellu jagħti wkoll il-mobile tiegħu kif ukoll laptop, wara li l-ħallelin bdew jhedduh u ppuntawlu arma tan-nar.

Il-President taż-Żambja kkollassa waqt li kien qed jagħmel diskors fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tan-Nisa, nhar il-Ħadd li għadda. Jidher li l-kawża kienet livell baxx ta’ zokkor fid-demm, minħabba li l-President isofri mid-diabete.