Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 11 ta’ Marzu.

IN-NAZZJON jikkwota lill-Kap tal-PN Simon Busuttil jgħid li t-tieni rapport tal-Awditur Ġenerali f’temp ta’ ftit jiem “fih xamma qawwija ta’ korruzzjoni”. Fi storja oħra naqraw kif il-Pulizija allegatament mhi se tagħmel xejn dwar każ sensittiv ta’ tfajla li qed tgħid li kienet stuprata fil-Mosta.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi Konrad Mizzi iddefenda l-intervent personali tiegħu fil-proċess tax-xiri taż-żejt. Għalkemm, kif tirrapporta THE TIMES OF MALTA, Konrad Mizzi qed jiċħad dak li qal l-Awditur Ġenerali u jinsisti li mhux veru kien hemm intervent minn naħa tiegħu. Il-Ministru Mizzi qed isejjaħ dan l-intervent bħala “rakkomandazzjoni” lill-Enemalta.

Il-gazzetta MALTA TODAY illum għandha rapport dwar żvilupp qawwi li qed ikun propost li jsir fl-Imrieħel, b’erba’ torrijiet separati li jlahhqu sa 20 sular.

L-ORIZZONT tgħid li Malta għandha potenzjal għal ċentru mediku.