Il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard żied l-azzjonijiet tiegħu kontra żewġ kuntratturi, li għal snin twal ilhom iwettqu illegalitajiet fil-Barriera ta’ Wied Inċita.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Sindku ta’ Ħ’Attard Stefan Cordina fakkar li wara li 10 snin ilu l-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard beda jaqbeż għar-residenti mingħajr ma ttieħdet azzjoni, issa kien imiss li tinfetaħ kawża legali kontra ż-żewġ kuntratturi li qed iwettqu dan ix-xogħol, kif ukoll fil-konfront tal-MEPA u tal-Kunsill tal-Artijiet.
Fil-protest ġudizzjarju tiegħu, il-Kunsill Lokali qed jitlob li x-xogħol f’din il-barriera jsir konformi mal-Liġi, inkella l-Kunsill Lokali jagħmel dan ix-xogħol bi spejjeż għall-kuntratturi.
Fost l-iżvilupp illegali fil-Barriera ta’ Wied Inċita, hemm pont li nbena illegalment bejn Barriera f’Ħ’Attard u Ħaż-Żebbuġ, munzelli ta’ radam, tħaffir barra mill-konfini u bini ta’ fabbrika tal-bricks.
Għall-konferenza tal-aħbarijiet attendew ukoll is-sidien tal-Barriera stess.
//= $special ?>