Lokali Saħħa

Imniedi l-programm tal-Konferenza Nazzjonali tal-Obeżità

Is-Sibt li ġej, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza Konferenza Nazzjonali tal-Obeżità. Din il-Konferenza se tkun indirizzata, fost l-oħrajn, mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Fil-bidu tal-Konferenza, se jiġi servut healthy breakfast, filwaqt li fi tmiem il-Konferenza se ssir mixja fil-Park tal-Majjistral.

F’kummenti lill-media, id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar ħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi għal din il-Konferenza. “Din mhix Konferenza indirizzata biss għal dawk li għandhom piż żejjed, iżda għal kulħadd, għax fl-aħħar mill-aħħar kulħadd għandu jgħix ħajja b’saħħitha”.

Kull min jixtieq jattendi għall-Konferenza jista’ jibgħat email lil maltaobesity2015@gmail.com. Id-dħul hu b’xejn.

Konferenza PN Obezita Poster 2