Kurżitajiet

Jeremy Clarkson ta’ ‘Top Gear’ fil-limbu

Il-programm popolari tal-BBC, dwar il-karozzi, jinsab fil-limbu wara li l-preżentatur kontroversjali tiegħu Jeremy Clarkson, kien sospiż. Dan wara akkużi li ta daqqa ta’ ponn lil membru tal-crew tiegħu.
L-episodju li kien se jintwera l-Ħadd twaqqaf u lanqas l-aħħar żewġ episodji tal-programm mhuma se jixxandru.
Imma issa nbdiet petizzjoni fuq l-internet biex il-programm ikompli u sal-bieraħ waranofsinhar kienu ffirmawha madwar 300,000 persuna. F’dawn l-aħħar xhur, Clarkson spiss kien fl-aħbarijiet minħabba kummenti jew aġir xejn xieraq waqt il-ġbid tas-serje ‘Top Gear’ li hu stmat li jarawha 350 miljun persuna madwar id-dinja.