Internazzjonali

L-ISIS: Tifel joqtol ostaġġ Iżraeljan

L-ISIS xandar filmat ta’ qtil minn tifel ta’ Gharbi Iżraeljan, Mohammed Said Ismail Musallam ta’ 19-il sena. Raġel li l-ISIS sostna kien spjun Izraeljan imma s-servizzi sigriet Iżraeljan qed jiċħdu. Fil-filmat, ukoll raġel li jitkellem bil-Franciz jhedded lil Franza qabel tifel ta’ mhux aktar minn 12-il sena joqtol lill-vittma.

L-Iżraeljan kien ħarab minn Iżrael f’Ottubru biex jissieheb mal-ISIS fis-Sirja imma l-genituri tieghu qalu li wara li mar hemm hu ma riedx jibqa’ mal-grupp u ried jirritorna lura d-dar.