Lokali Parlament

Tixhed Cathy Farrugia, mart George Farrugia

Fil-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi, Cathy Farrugia qalet li hi kienet taħdem meta kienet xebba iżda meta żżewġet fl-1995 iddedikat ruħha lill-familja. Aktar tard bejn l-2006 u l-2010 kienet okkażjonalment tmur tgħin volontarjament fl-uffiċċju ta’ Ħal Qormi prinċipalment għall-kumpannija Power Plan li kien responsabbli għaliha George Farrugia.

Qabel l-1995 kienet taħdem ma’ Mizzi Group fejn kienet segretarja ta’ wieħed mid-diretturi. Qatt ma ħadmet għal Lawrence Gonzi li kien jaħdem fid-dipartiment legali u għamel xi żmien chairman.

Cathy Farrugia qalet li ma ma kinitx tikkomunika ma’ Lawrence Gonzi. Dwar l-emails li ssemmew fil-media, qalet li llum għadda ħafna żmien u ma tiftakarx. Tiftakar waħda fejn talbet appuntament ma’ Lawrence Gonzi meta kien Prim Ministru. Dan għamlitu wara li r-raġel tagħha qal li xtaq jiltaqa’ mal-Prim Ministru. Dan għamlitu permezz ta’ email li kien jintuża mill-pubbliku li ried jikkomunika mal-Prim Ministru.

Cathy Farrugia ftakret li kien hemm okkażjoni li r-raġel tagħha kien mistieden mill-kumpannija Trafigura biex imur għat-Tazza tad-Dinja fl-Afrika.