Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 12 ta’ Marzu.

IN-NAZZJON jirrapporta kif il-ftehim tal-Gvern dwar ix-xiri tal-fules mingħand is-SOCAR sewa lill-pajjiż 67 miljun dollaru Amerikan.

Stojra interessanti insibuha kemm fil-faċċata ta’ THE TIMES OD MALTA kif ukoll fil-faċċata ta’ THE MALTA INDEPENDENT. Iż-żewġ ġurnali ppubblikaw storja li tindika illi x-xogħol ta’ rinnovament fi Pjazza Kastilja qed isir mingħajr il-permessi meħtieġa mill-MEPA.

L-ORIZZONT jirrapporta kif issa l-membri f’korpi dixxiplinati se jkunu jistgħu jissieħbu f’union.