Hekk kif ninsabu anqas minn xahar bogħod mir-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa, illum saret konferenza tal-aħbarijiet mill-Moviment IVA, bit-tema ewlenija tkun is-sostenibbiltà, il-bilanċ u r-responsabbiltà fil-Kaċċa.
Il-Moviment IVA Bħala Maltin u Ewropej tkellem dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ORNIS li jerġa’ jinfetaħ l-istaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Fil-fatt, jekk ir-Referendum jgħaddi favur id-Deroga, l-istaġun tal-Kaċċa jiftaħ fl-14 ta’ April.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet saret referenza għal statistika xjentifika, li turi kif il-popolazzjoni tal-gamiem u s-summien hi waħda stabbli. Intqal li meta l-kamp tal-LE jgħid li l-kampanja mhijiex aċċessibbli għall-familji waqt il-Kaċċa, din mhijiex totalment korretta għax 92% tal-istaġun tar-Rebbiegħa mhux miftuħ għall-Kaċċa.
Barra minhekk, fil-konferenza tal-aħbarijiet ingħad li l-Kaċċa fiż-żona partikolari tal-Manikata tieqaf fl-10am.
Aġġornata: Stqarrija bi tweġiba minn SHout
Sadanittant, fi stqarrija l-Kampanja SHout (Spring Hunting Out) wieġbet li l-Moviment IVA qed jiċħad l-evidenza xjentifika li l-ammonti ta’ gamiem u summien dejjem qed jonqsu.
L-għaqda qalet li l-Moviment IVA qed jiċħad l-evidenza minkejja r-rapporti uffiċjali tal-Gvern u l-istituzzjonijiet Ewropej, li kkonfermaw li l-gamiem u s-summien jinsabu fl-agħar qagħda li qatt kienu fiha.
//= $special ?>