It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena kiseb it-tieni rebħa fit-Torneo Roma Caput Mundi meta għeleb lil Wales 4-2 fl-aħħar logħba minn Grupp A. It-tim Malti spiċċa bl-istess punti tat-tim Taljan Lega Nazionale Dilettanti imma ma ikkwalifikax għall-finali minħabba li kien tilef 3-2 kontra l-istess tim.
Għall-Maltin, kontra Wales skurjaw Aidan Friggieri (dopjetta), Neil Tabone u Joseph Essien Mbong. Din kienet it-tieni rebħa għall-Maltin wara li dawn kienu bdew l-impenji tagħhom f’dan it-turnament b’rebħa ta’ 1-0 kontra l-Albanija.
Intant, jum qabel il-logħba l-kontinġent sħiħ immexxi minn Lolly Aquilina, bħala Kap tad-Delegazzjoni u Jesmond Abela, bħala t-Team Manager, iltaqgħu mall-Eċċellenza Tagħha Vanessa Frazier, Ambaxxattriċi Maltija fl-Italja li sellmet lill-iskwadra Maltija u awguratilhom għall-futur.
//= $special ?>