Lokali

Jittella’ għaddas f’diffikulta’ f’Wied iż-Żurrieq

Membri tal-Protezzjoni Ċivili assistew għaddas li sab ruħu f’diffikultajiet f’Wied iż-Żurrieq għall-ħabta tal-11:50 ta’ filgħodu.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li kienu xi persuni fil-post l-ewwel li għamlu rapport dwar dan il-każ. Immedjatament intbagħat ħelikopter tal-armata li assista lill-għaddas.

Fortunatament l-għaddas ittella’ mill-baħar u ma kellu xejn gravi tant li kien hu stess li wara li ġie assistit minn tim mediku li kien fil-post, iffirma l-karti li jinsab tajjeb u ma ttiħidx lejn l-Isptar Mater Dei.