Bħal ma kien hedded, l-ISIS fil-Libja beda jeqred il-wirt storiku tal-pajjiż.
Dan hekk kif l-ISIS pubblika filmati u ritratti tat-tkissir tat-tempji Sufi fil-Libja. It-twemmin Sufi hu fergħa tal-Iżlam li spiss spiċċa fil-mira minn estremisti Iżlamiċi għaliex ma jaqblux magħhom.
L-ISIS kien diġa wissa li wara l-qerda tal-wirt storiku ta’ dan l-aħħar ġranet fl-Iraq, kien se jagħmel l-istess fil-Libja.
//= $special ?>