Sport Waterpolo

Malta tiddomina u tikseb l-ewwel rebħa

MALTA…….51
LATVJA…….0

(11-0),(13-0),(14-0),(13-0)

It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena ma sab ebda diffikulta’ biex jegħleb lill-Latvja 51-0. Kif jixhed l-iskor il-partita kienet bla storja bil-Maltin jiddominaw il-logħba kollha b’attakk wieħed wara l-ieħor bil-Latvja qatt ma jidħlu fil-partita. Minkejja din ir-rebħa, dan ma jfissirx li l-logħob l-oħra ser ikunu bl-istess skor u t-tim Malti irid iżomm il-livell.

It-tim Malti kwa]i sab ix-xibka f’kull azzjoni filwaqt li fuq in-naħa l-oħra l-gowlkipers Maltin ftit kellhom x’jagħmlu. Il-Latvja rari damu bil-pussess u rari heddew il-lasta Maltija. Għat-tim Malti spikka Ben Plumpton li skorja 15-il gowl.

Intant, fl-ewwel logħba minn Grupp D, il-Ġermanja ma sabu ebda diffikulta’ biex għelbu lir-Renju Unit 19-7.

Malta: J. Tanti, D. Fenech (5), M. Manara (1), J. Sciberras (4), J. Abela (6), B. Plumpton (15), J. Galea (1), J. Gambin (2), M. Azzopardi (2), D. Zammit (6), K. Navarro (7), L. Calleja (2), F. Buhagiar

Latvja: K. Kallions, I. Silovs, V. Markevics, B. Mlokits, V. Grinbergs, J. Vasilonoks, A. Grauduzis, E. Limanans, M. Geletko
Referees: S. Achiadotis (GRE), S. Meincov (MDA)

Għada
9 a.m. Latvja v Renju Unit
10.15 a.m. Żvizzera v Malta
5 p.m. Ġermanja v Latvja
6.15 p.m. Renju Unit v Żvizzera

Is-Sibt
5 p.m. Ġermanja v Żvizzera
6.15 p.m. Renju Unit v Malta

Il-Ħadd
9.30 a.m. Malta v Ġermanja
10.45 a.m. Żvizzera v Latvja