Lokali

NEWSDESK: L-indħil mill-Ministru Konrad Mizzi fix-xiri taż-żejt

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li jikkonferma l-indħil dirett mill-Ministru Konrad Mizzi fix-xiri taż-żejt mill-kumpanija tal-Ażerbajġan SOCAR.

Preżenti se jkun hemm ix-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli.

Għal darb’oħra, t-tieni darba f’ġimgħatejn, l-Awditur Ġenerali jikkundanna l-mod kif il-Gvern mexxa bi flus il-poplu Malti u Għawdxi. Fl-ewwel skandlu, l-Gvern ħallas is-somma ta’ €4.2 miljun lill-kumpanija falluta, u issa, l-Gvern tilef €14-il miljun bi ftehim li sar b’indħil mill-Ministru.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.